Il-kowċ nazzjonali ta’ taħt il-21 sena Silvio Vella ħabbar l-iskwadra proviżorja ta’ 23 plejer bi preparazzjoni għall-partita minn Grupp 6 tal-fażi ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew. It-tim Malti jilgħab kontra l-Iżvezja fl-Istadium taċ-Ċentinarju fis-7 ta’ Ġunju.
Fost dawk magħżula, Vella għażel erba’ plejers ġodda fl-iskwadra proviżorja għall-ewwel sessjoni tat-Tnejn li ġej. Dawn huma l-midfielder Nicholas Pulis ta’ Valletta, il-midfielder ta’ Qormi Yannick Yankam u l-plejer avvanzat ta’ Pietà Jan Busuttil. Magħżul ukoll hemm Christian Mercieca li jilgħab maċ-champions ta’ Għawdex Victoria Hotspurs. Aidan Friggieri rritorna fl-iskwadra.
Il-plejers l-oħra kienu kollha fl-iskwadra li tilfet fit-Turkija 4-2 f’Marzu. Joseph Mbong, Myles Beerman, Jake Grech u Kyrian Nwoko ntgħażlu fl-iskwadra proviżorja tat-tim nazzjonali tal-kbar għall-kamp ta’ taħriġ fl-Awstrija, iżda se jkunu qed jingħaqdu mat-tim ta’ Silvio Vella għal kontra l-Iżvezja.
Id-difensur ta’ Valletta Jean Borg reġa’ jinsab fl-iskwadra ta’ Vella, wara li lagħab mat-tim nazzjonali A fil-partiti ta’ ħbiberija kontra l-Lussemburgu u l-Finlandja f’Marzu li għadda. Il-logħba kontra l-Iżvediżi hi s-seba’ waħda għat-tim Malti, bil-kumplament tal-logħbiet huma kollha f’pajjiżna. L-Iżvezja għelbet lil Malta 3-0 f’Ottubru li għadda.
Skwadra proviżorja
Gowlkipers: Jake Galea (Ħamrun Spartans), Matthew Grech (Floriana), Andreas Vella (Mosta)
Difensuri: Jean Borg (Valletta), Michele Sansone (Sliema Wanderers), Nicholas Pulis (Valletts), Karl Micallef (Ħamrun Spartans), Neil Tabone (Żejtun Corinthians), Kurt Zammit (Birkirkara), Kurt Shaw (Sliema Wanderers)
Midfielders: Conor Borg (Roma), Yannick Yankam (Qormi), Dylan Agius (Pietà Hotspurs), Nikolai Muscat (Gżira United), Dunstan Vella (Hibernians), Zack Scerri (Gżira United), Juan Corbolan (Gżira United)
Attakkanti: Jurgen Degabriele (Hibernians), Jan Busuttil (Pietà Hotspurs), Aidan Friggieri (St. Andrews), Zachary Brincat (Mosta), Dexter Xuereb (Mosta), Christian Mercieca (Victoria Hotspurs)
//= $special ?>