Lokali

FILMAT: “Adrian Delia ngħata raġun” – Robert Arrigo

Fl-ewwel indirizz lill-Kunsill Ġenerali fil-kariga, Robert Arrigo, Viċi Kap għall-ħidma fil-Partit wassal messaġġ ta’ għaqda.

Hu stieden lill-attivisti kollha biex jaħdmu flimkien mat-tmexxija għaż-żewġ kampanji elettorali li jmiss, li huma l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali u l-elezzjoni għall-Parlament Ewropew f’Mejju tas-sena d-dieħla. Huwa qal li l-partit se jkun qed imur f’kull dar ġo kull lokalità u raħal sabiex nikkonvinċu li l-Partit Nazzjonalista huwa l-aħjar għazla għall-Maltin u l-Għawdxin.

Il-Viċi Kap għall-Ħidma fil-Partit qal li l-Partit Nazzjonalista se jkun l-underdog fl-elezzjonijiet tas-sena d-dieħla imma għandna l-obbligu li nxammru l-kmiem u naħdmu biex inżommu t-tielet siġġu fil-Parlament Ewropew.

F’diskors mqanqal u kandidu, Robert Arrigo ammetta li għall-bidu kienu xettiku għaliex lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia kien l-inqas persuna li jaf mit-tim attwwali tat-tmexxija iżda maż-żmien, Adrian Delia ingħata r-raġun fuq diversi kwistjonijiet.

Jien mhux bniedem faċli li tikseb il-fiduċja tiegħi, sostna Robert Arrigo, iżda malli tkellem fit-tul mal-Kap, hu jinsab konvint u lest jimxi warajh u mal-kumplament tat-tmexxija tal-Partit.

“Għall-Partit Nazzjonalista n-nies jiġu l-ewwel. Il-Partit Nazzjonalista huwa tan-nies u se jibqa’ jkun tan-nies”, sostna Robert Arrigo.