Għadha kif tħabbret il-mewt tal-attur ċelebri Senglean, Charles Thake, fl-età ta’ 90 sena.
Thake jibqa’ mfakkar bħala attur komplut bit-talent naturali jagħti interpretazzjonijiet mill-aqwa ta’ partijiet komiċi assenjati lilu.
L-ewwel dehra tiegħu fuq il-palk teħodna lura għal meta kellu 15-il sena u biex minn hemm kompla l-karriera teatrali tiegħu li biha l-popolarità mal-Maltin. Huwa ħa sehem f’għexieren ta’ produzzjonijiet teatrali u televiżivi lokalment, b’mod partikolari produzzjonijiet komiċi popolari bħal “F’Baħar Wieħed” fuq NET Television. Deher ukoll f’għadd films barranin miġbudin Malta bħal Agora(2009), Black Eagle(1988) u Treasure in Malta(1963).
Intant, fuq il-mezzi soċjali kienu bosta l-kummenti ta’ sogħba tan-nies għat-telfa ta’ dan l-attur ċelebri. Fost l-oħrajn, l-istoriku Charles Coleiro kellu din it-tislima għal Charles Thake: “Ħolqa oħra fis-serbut tad-drama fuq il-palk, ir-radju u t-televiżjoni għebet minn fostna.”
//= $special ?>