Lokali

FILMATI: Il-Partit Nazzjonalista mħejji għall-elezzjonijiet tal-2019

Is-sessjoni tal-Kunsill Generali li fakkret il-25 sena mit-twaqqif tal-Kunsilli Loakli kient indirizzata inn numru ta’ uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista.

Robert Cutajar – Kelliem għall-Oppożizzjoni għall-Kunsilli Lokali tkellem dwar it-thejjijiet li qed jagħmel il-Partit Nazzjonalista għall-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali – sothom ir-rapport ta’ 80 proposta imressqa mill-Oppożizzjozni u l-approvazzjoni ta’ 155 kandidat għall-elezzjonjiet tal-kunsilli lokali. Huwa saħaq li l-kusnlli lokali għandhom jaħdmu biex jagħmlu l-aqwa użu mill-fondi tal-Unjoni Ewropea li kiseb il-Partit Nazzjonalista għal pajjiżna. Huwa rrefera għat-tema tal-Kusnll Ġenerali ‘Infasslu Futur Flimkien’ u qal li dan jista’ jseħħ anke permezz tal-kunsilli lokali. Huwa temm id-diskors tiegħu b’appell biex kulħadd jaħdem biex il-Partit Nazzjonalsita jkun imhejji tajjeb għall-elezzjonijiet tas-sena d-dieħla.

David Camilleri – it-Teżorier tal-Partit Nazzjonalista qal li, minkejja l-isfidi fiannazjarji li għandu quddiemu, il-Partit Nazzjonalista huwa wieħed stabbli . Huwa qal li t-Tim tal-Finanzi jiltaqa’ ta’ spiss biex ifassal l-istrateġija fiannzjarja tal-partit. Wara żewġ maratoni suċċess, David Camilleri ħabbar li se tittella’ maratona oħra fl-10 ta’ Ġunju. Huwa appella lil kulħadd biex kemm jista’ jgħin finanzjarjament lll-Partit Nazzjonalista fid-diversi skemi li nieda sabiex il-Partit Nazzjonalista jkun imhejji tajjeb għall-elezzjonijiet tas-sena d-dieħla.

Charles Bonello – il-Koordinatur tal-Partit Nazzjonalista għall-Kunsilli Lokali u Minority Leader fil-Fgura silet id-differenza bejn il-Partit Nazzjonalista li b’mod konsistenti emmen fil-kunsilli lokali u l-Partit Laburista li bid-deċiżjonijiet tiegħu qed juri kemm ma jemminx fil-kunsilli lokali. Charles Bonello faħħar lill-kusnilliera lokali kollha partikolarment lil dawk li huma f’minoranza jew li jinsabu bħala kunsilliera Nazzjonalisti weħidhom. Il-Koordinatur tal-Partit Nazzjonalista għall-Kunsilli Lokali saħaq li l-elezzjoni tal-kunsilli lokali tas-sena d-dieħla jitfgħu fuqna responsabilità kbira lejn il-partit innifsu, il-Kap Adrian Delia u l-bqija tal-amministrazzjoni tal-partit minħabba li huma l-ewwel appuntament ta’ Adrian Delia mal-elettorat.

Pierre Portelli – President tal-Kulleġġ Kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista u Kunsillier Lokali fil-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema tkellem dwar il-viżjoni pożittiva tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia. Tkellem dwar diversi inizjattivi li qed jittieħdu bi thejjija għall-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali tas-sena d-dieħla fosthom it-80 proposta li ressqet l-Oppożizzjoni u l-kors ta’ thejjija għall-kunsilliera lokali prospettivi organizzat mill-AZAD. Huwa fakkar li l-Partit Nazzjonalsita għażel 155 kandidat għall-elezzjonijiet li jmiss u ħabbar attività li tfakkar il-25 sena mit-twaqqif tal-kusnilli lkoali f’Novembru li ġej.