Internazzjonali

AĠĠORNATA: Raġel mejjet u 4 feruti f’attakk f’Pariġi

Il-Katidral ta' Notre Dame f'Pariġi
L-attakk seħħ fid-distrett Opera

Raġel armat b’sikkina qatel persuna u ħalla 4 feruti f’distrett prinċipali f’Pariġi sakemm fetħu n-nar il-Pulizija Franċiża u qatluh fil-post. Il-każ seħħ fid-distrett Opera fil-kapitali Franċiża.

Xhieda fuq il-post irrakkuntaw ix-xeni panikużi li nħolqot fiz-zona b’nies jiġru lejn ristoranti u kafetteriji biex jistkennu mill-attakk.

Il-motiv tal-attakk għadu mhux magħruf bl-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

Dalgħodu, diversi sorsi qalu li l-aggressur hu Russu imwieled iċ-Chechnya fl-1997.