Raġel ta’ 40 sena minn Ħal Qormi sofra feriti f’inċident tat-traffiku li seħħ f’Santa Venera.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-4.30pm fi Triq Reġjonali.
Ir-ragel kien qed isuq mutur tat-tip Aprilia meta, għal xi raġuni, tilef il-kontroll tal-mutur u nqaleb.
Tim mediku assista lir-raġel fil-post qabel ma ttieħed l-Isptar Mater Dei, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn feriti gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>