Il-ħolma ta’ Barcelona li jirbħu l-kampjonat Spanjol bla telfa ntemmet fil-logħba ta’ qabel tal-aħħar wara li tilfu kontra t-tim modest ta’ Levante 5-4. F’mument minnhom, Barcelona kienu jinsabu 5- 1 minn taħt, b’Emmanuel Boateng jiskorja t-tripletta u ż-żewġ gowls l-oħra waslu minn Enis Bardhi.
Philippe Coutinho skorja tripletta u Luis Suarez skorja penalty għal tmiem eċċitanti. Iżda ċ-champions ma setgħux isalvaw il-logħba biex sofrew l-ewwel logħba fil-kampjonat wara 44 logħba.
Din il-logħba kienet ukoll l-ewwel telfa għal Ernesto Valverde fit-tmexxija ta’ Barcelona u probabbilment jiddispjaċih li għażel li jserraħ lill-aqwa skorer tiegħu Lionel Messi. Fl-aħħar partita, Barcelona ma tilfux kontra Real Madrid u dehru li setgħu jilħqu dan it-tragward. Huma kienu sofrew biss 24 gowl f’36 logħba.
Minħabba li l-kampjonat u t-Tazza tar-Re mirbuħa, filwaqt li nqalgħu miċ-Champions League, l-aħħar logħba tal-kampjonat kontra Real Sociedad issa spiċċat irrelevanti, għajr biex isellmu lill-captain Andres Iniesta li se jkun qed iħalli lit-tim Katalan.
//= $special ?>