Il-Kunsill Lokali tal-Iklin organizza r-raba’ edizzjoni tal-Festa tal-Fjuri.
Triq Anton Buttigieg inqasmet f’diversi żoni, fosthom Eco Cafe, għal taħdidiet pubbliċi u oħrajn għal marċi, għat-tfal u għat-tberik tal-annimali.
Tfal bejn is-6 u t-12-il sena kellhom l-opportunità jiddiżinjaw qsari tal-fjuri għal ommhom, lejlet Jum l-Omm, bl-għajnuna wkoll tal-iScouts tal-Iklin.
Ma’ NET News, is-Sindku tal-Iklin, Tony Dalli, esprima s-sodisfazzjon tiegħu li għal darb’oħra, din l-attivita kienet suċċess.
Matul l-attività, il-Kunsill Lokali ppromwova wkoll ix-xarba tal-klin, minfejn oriġina isem l-Iklin.
//= $special ?>