Raġel ta’ 80 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn karrozza f’Raħal Ġdid.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-għaxra u nofs ta’ filgħodu fi Vjal it-28 t’April, ir-Raħal Ġdid. Fil-post marru minnufih il-Pulizija u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżultat li r-raġel ta’ 80 sena minn Raħal Ġdid kien intlaqat minn vettura tat-tip Kia Rio, misjuqa minn raġel ta’ 76 sena, residenti s-Siġġiewi.
Fil-post issejħet ambulanza li ħadet lill-anzjan l-isptar fejn kien ċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejin.
//= $special ?>