Mietu talanqas 15 il-persuna waqt attakki fuq tliet knejjes fil-belt ta’ Surabaya, fuq il-gżira ta’ Java. L-attakki, li dehru li kienu koordinati u li seħħew ftit minuti ‘il bogħod minn xulxin, anki ħallew għexieren ta’ midruba, bil-vittmi jkunu Kristjani li kienu qed jattendu għall-quddies tal-Ħadd.
Il-pulizija qalet li l-membri ta’ familja waħda kienu responsabbli għall-attakki, bl-omm u tnejn minn uliedha jwettqu splużjonijiet suwiċida fi knisja partikulari waqt li l-missier u tliet ulied oħra attakkaw il-knejjes oħrajn.
Il-grupp ISIS assuma responsabbiltà għall-attakki speċifiċi li kienu l-aktar qattiela fl-Indoneżja, mill-2005. Qed jidher li l-aggressuri adulti kienu membri tal-moviment Jemaah Ansharut Daulah li hu spirat mill-azzjonijiet tal-ISIS.
Jidher ukoll li din hi l-ewwel darba fejn it-tfal intużaw għal aġir terroristiku fl-Indoneżja.
//= $special ?>


