L-Iżrael, bil-kanzunetta TOY kantata minn Netta, rebħet l-Eurovision Song Contest ta’ din is-sena b’529 punt għar-raba’ darba fl-istorja.
L-edizzjoni tal-2018 ittellgħet ġewwa l-kapitali Portugiża, Lisbona, fl-Altice Arena, filwaqt li dik f’Iżrael is-sena ddieħla se ssir f’Ġerusalemm skont l-istess kantanta Iżraeljana hekk kif rebħet il-konkors.
Sfortunatament pajjiżna ma kienx wieħed mill-finalisti fis-serata tal-lejla, minkejja l-wirja eċċellenti li l-Ambaxxatriċi Maltija Christabelle għamlet il-Ħamis li għadda, hekk kif spiċċat 13-il-post tat-tieni semi-finali b’101 punt. Fl-istess tieni Semi Finali, ipparteċipat ukoll kantanta oħra Maltija – Jessika f’isem San Marino – li iżda wkoll ma għaddietx għas-serata Finali hekk kif kisbet is-17-il post b’28 punt.
Ir-riżultati minn Malta għall-finali tal-Eurovision is-Sibt nqraw mill-preżentattriċi u l-attriċi Lara Azzoppardi, li ħabbret li Malta tat it-12-il punt tagħha lil Ċipru.
//= $special ?>