ŻVIZZERA…………….9
MALTA………………..11
(3-3),(2-3),(1-2),(3-3)
Wara t-telfa tas-Sibt li għadda kontra s-Slovenja li swiet il-kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew, it-tim nazzjonali Malti ta’ taħt id-19-il sena għalaq l-impenji tiegħu fil-grupp ta’ kwalifikazzjoni b’rebħa ta’ 11-9 fuq l-Iżvizzera.
Fuq il-karta, din kienet il-partita li t-tim Malti beda favorit li jirbaħ, iżda ż-żgħażagħ Maltin kellhom jaħdmu sat-tmiem biex jiksbu r-rebħa.
L-ewwel sessjoni tat preludju ta’ partita missielta. Mikhael Cutajar fetaħ l-iskor għat-tim Malti, iżda l-Iżvizzera dawru l-iskor b’żewġ gowls. Malta ġabet id-draw b’gowl ta’ Liam Galea minn sitwazzjoni ta’ man-up wara time-out li għajjat Karl Izzo. Nikola Milovanovic reġa’ poġġa lill-Iżvizzera minn fuq, iżda Jamie Gambin ġab id-draw lejn it-tmiem tas-sessjoni.
It-tim Malti tjieb fit-tieni sessjoni u ħa vantaġġ bikri b’gowl ta’ Mikhael Cutajar. L-Iżvizzera ġabu d-draw darbtejn, iżda għal darba oħra reġa’ kien Jamie Gambin li assigura li t-tim Malti jidħol jistrieħ 6-5 minn fuq.
L-Iżvizzera ħarġu tajjeb wara l-mistrieħ u għamlu l-iskor 6-6 permezz ta’ Nikola Milovanovic. It-tim ta’ Karl Izzo reġa’ kiseb il-vantaġġ minn Jacob Sciberras f’sitwazzjoni ta’ raġel aktar, biex l-istess plejer irdoppja l-vantaġġ.
Dan il-vantaġġ spiċċa biex kien determinanti għaliex sa minuta u 25 sekonda mit-tmiem, Malta kienet biss 9-8 minn fuq. Jacob Sciberras deher li għalaq il-logħba minuta mit-tmiem, iżda Noah Dudler reġa’ naqqas id-distakk bi 43 sekonda. Kien gowl ta’ Matthias Azzopardi 15-il sekonda mit-tmiem li għalaq il-logħba.
Żvizzera: Y. Schmuki, C. Grandis, L. Gabriele, J. Melet, M. Milovanovic (1), M. Lindner, Y. Scala, M. Corbach (1), N. Milovanovic (3), G. Rickenbach (1), B.Dokic (1), N. Dudler (2), C. Eichenberger
Malta: T. Micallef, J. Bajada, K. Erdogan, J. Sciberras (3), J. Zerafa Gregory, T. Said, N. Zammit, L. Galea (1), J. Gambin (4), D. Zammit, M. Cutajar (2), M. Azzopardi (1), G. Ciappara
//= $special ?>