Fid-diskors tiegħu fl-attivita politika tal-Ħadd filgħodu fiċ-ċentru Laburista ta’ Tas-Sliema, il-Prim Ministru Joseph Muscat iffoka d-diskors tiegħu fuq l-emendi għal-liġi dwar il-protezzjoni tal-embrijuni.
Għalkemm Joseph Muscat huwa konxju li hemm numru kbir ta’ nies li qed isejħu għal aktar konsultazzjoni dwar din il-liġi hu sostna li xejn u ħadd mhu se jwaqfu milli jkompli sabiex din tidħol fi żmien sena.
Muscat żied jgħid li jekk wieħed għandu l-prinċipji relatati ma’ dan is-suġġett, wieħed missu tkellem fl-2012. Jekk wieħed m’għamilx dan f’dak iż-żmien, mela m’għandux jitkellem issa.
//= $special ?>