Internazzjonali

AĠĠORNATA: 41 Palestinjan maqtul fi ġlied ma’ Iżrael; kważi 2,000 huma l-feruti

Tensjoni mdemmija fir-reġjun ta' Gaza

Fil-jum li fih infetħet l-ambaxxata Amerikana f’Ġerusalemm, kienu eluf il-Palestinjani li ħarġu f’manifestazzjonijiet f’Gaza.

F’konfront mas-suldati Iżraeljani, kważi 2,000 ruħ spiċċaw feruti. Il-media internazzjonali qed tirrapporta li fil-ġlied inqatlu aktar minn 40 Palestinjan.

Illum l-Iżrealjani qed jiċċelebraw is-70 sena mit-twaqqif tal-istat tagħhom. Ġurnalisti li jinsabu tul il-fruntiera qed jirrappurtaw li s-sitwazzjoni wara l-irvellijiet ta’ dalgħodu hi waħda tal-biża’, b’xeni ta’ dmija u nies mitluqin mal-art feruti gravi.

Diversi ngo’s ikkundannaw b’mod qawwi r-ritaljazzjoni ta’ Iżrael.

Il-Gvern Lebaniż min-naħa qal li l-mossa tal-ambaxxata kienet biss “provokazzjoni”.