Ir-raġel li l-Ħadd tela’ għarwien ħuta fuq il-funtana tat-Tritoni ġie mmultat elf ewro u ngħata sentenza sospiża.
Kean Maske imwieled l-Afrika t’Isfel, deher quddiem il-Maġistrat Aaron Bugeja u wieġeb li hu ħati għall-akkużi miġjuba kontrieh. Mal-ammissjoni il-Maġistrat ta l-kastig tiegħu lil Maske, kważi l-ogħla kastig li wieħed seta’ jingħata f’daċ-ċirkustanzi.
Ir-raġel li jaħdem fuq yacht tela’ fuq il-funtana tat-Tritoni b’imħatra. Hu kien għadu kemm wasal Malta ftit tal-ħin qabel u l-akkużat ma kienx jaf bis-sinifikat tal-monument saħaq l-avukat tal-akkużat.
Dan l-inċident u t-tieni wieħed f’ġimgħa li fih qajjem kurżita, dan meta l-ġimgħa li għaddiet mara dehret tixxemmex fuq id-dawra tal-funtana.
//= $special ?>