Matul il-Kunsill Ġenerali tal-PN li għalaq il-Ħadd, il-Kap tal-PN Adrian Delia preżenta l-ħames pilastri li fuqhom il-partit għandu jaħdem biex tinbena Soċjeta’ li jimpurtaha.
Dawn huma r-rispett u d-dinjita’ lejn il-bniedem, l-importanza li kulħadd ikollu għixien diċenti u kundizzjonijiet xierqa, li jkollna soċjeta’ li tħenn, soċjeta’ li jimpurtaha minn kwalita’ ta’ ħajja aħjar, u soċjeta’ li jimpurtha mill-identita’ tagħha.
Fuq kollox, kien Kunsill Ġenerali li fih iddominaw l-entużjażmu u l-enerġija friska ta’ żgħażagħ u persuni li huma uċuħ ġodda fil-PN.
(Ritratti: Martin Agius / Matthew Tabone)
//= $special ?>