Lokali

Impjegati tal-Gvern jilmentaw mal-klijenti li mhux jitħallsu tax-xogħol

Raġel li kien qed jitlob permess tax-xogħol għal impjegati prospettivi tiegħu baqga’ impressjonat bi tweġiba li rċieva minn impjegat fi ħdan l-uffiċċju tal-permessi tax-xogħol tal-Infectious Disease Prevention & Control Unit li taqa’ taħt il-Ministeru tas-Saħħa.

Dan hekk kif, għall-korrispondenza tagħha, irċeviet tweġiba minn impjegat li nfurmaha li tista’ tagħmel li trid għaliex suppost li hu jinsab fuq il-leave tal-irtirar għall-aħħar tliet xhur iżda minflok spiċċa jaħdem biex ma jkunx hemm waiting list.

Iżda mhux biss. Saħansitra jinfurmaha li lanqas biss qed jitħallas ħlas talli qed jagħmel dan ix-xogħol żejjed. Dan hekk kif, matul il-leave tal-irtirar, suppost l-impjegat ma jaħdimx u jirċievi l-paga, jew inkella bħal f’dan il-każ għandu jirċievi l-paga kif ukoll ħlas tax-xogħol li jkun qed jagħmel.