Lokali Parlament

Jeħtieġ mezzi alternattivi ta’ trasport

– Jason Azzopardi, PN

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi ppropona li l-pajjiż jikkunsidra mezzi alternattivi ta’ trasport minflok ikomplu jiżdiedu l-karozzi fit-toroq.

Fil-parlament Jason Azzopardi qal li f’dawn il-proposti m’humiex ġodda tant li l-gvern Nazzjonalista kien diġà daħal dan il-kunċett ta’ protezzjoni ambjentali tant li fl-1991 kienu diġà ddaħħlu tmien ċirkostanzi kif il-gvern għandu jkun obbligat li jipproteġi l-ambjent. Fl-2001 Gvern Nazzjonalista għamel liġi oħra ta’ protezzjoni għall-ambjent.

Il-Gvern ma jistax jgħix li l-emendi Kostituzzjoni huma xi ħaġa ġdida għaliex il-kostituzzjoni ma tistax tissarraf fil-qorti. Għalhekk dan il-prinċipju għandu jkun inforzat bil-qrati fejn għandu jkun possibbli li ċittadin jista’ jagħmel kawża l-qorti u jattakka ċertu liġijiet.

Il-kwalità tal-arja f’Malta hi fost l-agħar fl-UE, sostna d-deputat Nazzjonalista li kompla li l-PL għamel kampanja li f’Marsaxlokk kien hemm fabbrika tal-kanċer minħabba l-power station. Il-PL ta l-impressjoni li hekk kif itngħalaq il-poeer station se jkun hemm titjib fl-arja taż-żona iżda dan ms seħħx. Dan wassal biex il-problemi respiratorji żdiedu.

Hu tkellem dwar it-traffiku u qal li s-soluzzjoni mhix li jitwessgħu t-toroq għaliex fi ftit snin oħra l-pajjiż se jiġġammja bit-traffiku.