Internazzjonali Mużika

Kollox ma’ kollox, mhix sempliċiment “diska tat-tiġieġ”

Il-kantanta rebbieħa fil-Portugall
X'inhi t-tifsira tal-kanzunetta Toy?

Il-kanzunetta Toy tal-kantanta Iżraeljana Netta serqet ix-xena fit-tmiem il-ġimgħa bir-rebħ tal-festival tal-Eurovision fil-Portugall.

Il-kantanta ta’ 25 sena tibqa’ sinonima għall-movimenti meqjusa “tad-daħk” fuq il-palk ta’ Lisbona, u l-ħsejjes tat-tiġieġ li bdiet tagħmel b’ħalqha. Iżda forsi ftit jafu li t-tifsira tal-kanzunetta Toy bla dubju mhi tad-daħk xejn; anzi l-oppost!

Netta xtaqet li bil-lirika tagħha twassal messaġġ qawwi ta’ appoġġ għal dak li hu magħruf bħala l-Me Too Movement. Fi kliem qasir, aktar vuċi lin-nisa, u messaġġ ta’ kuraġġ għal dawn li jkunu abbużati.

Il-kompożitur tad-diska qal illi Netta irnexxielha twassal messaġġ favur il-ġustizzja soċjali, imdawwra b’libsa kkulurita.

“Min jitrattak ta’ ġugarell (l-isem tal-kanzunetta) hu sempliċi chicken. U għalhekk daħħalna l-ħsejjes tat-tiġieġ fil-kanzunetta, biex jissimbolizzaw lil kull individwu meqjus kodard”, qalet Netta f’kummenti lill-media.

Din kienet ir-raba’ darba li Iżreal rebaħ il-festival.