Lina Refalo, l-mara taċ-Chairperson ta’ Heritage Malta u l-eks Ministru għal Għawdex Anton Refalo applikat sabiex tibni ‘Boutique Hotel’ b’sebat ikmamar f’art ODZ fil-Qala.
Fi storja żvelata minn Newsbook ħareġ fid-deher li medda ta’ art fiż-żona magħrufa aħjar bħala Tal-Malvi sar taqlib sħiħ u minn art rurali l-Awtorità tal-Ippjanar qed tifli applikazzjoni għal-lukanda.
Għalkemm l-applikazzjoni hija tal-mara tal-eks Ministru, kien Anton Refalo stess li applika għall-ewwel darba lura fl-2001 sabiex jiżviluppa ż-żewġt ikmajjar modesti li hemm preżentament. Fl-applikazzjoni qed jiġi mitlub sabiex din il-binja tinbidel f’lukanda ta’ żewġ jew tliet stilel – b’saħansitra ‘wine cellar’ f’għar naturali.
Filwaqt li sabiex l-applikant jopera lukanda għandu bżonn il-permessi kollha meħtieġa mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, dawn m’humiex mitluba mill-PA sabiex joħroġ il-permess ta’ żvilupp.
//= $special ?>