Futbol Sport

Roberto Mancini maħtur Kowċ tal-Italja

Roberto Mancini

Tard illejla, Roberto Mancini kien ikkonfermat bħala l-Kowċ il-ġdid tat-tim nazzjonali Taljan, hekk kif mistenni jkun ippreżentat uffiċjalment għada filgħodu.

Mancini se jieħu post Gian Piero Ventura, li kien tkeċċa mill-kariga wara li l-Azzurri naqsu milli jikkwalifikaw għall-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja.

Ilbieraħ, Mancini u t-tim ta’ Zenit kienu ħabbru li temmew il-kuntratt ta’ bejniethom u b’hekk, Mancini seta’ jingħaqad mat-tim nazzjonali Taljan.

Mancini hu eks plejer tat-tim nazzjonali u bħala Kowċ mexxa lil Fiorentina, Lazio, Inter, Manchester City, Galatasaray u l-istess Zenit.