Lokali

“Tbatix fis-skiet, tbatix waħdek” – Christabelle determinata li tkompli bil-kampanja tagħha

F’intervista minn Lisa Spiteri tul il-programm NETLIVE Christabelle qalet li se tkompli taħdem fuq il-messaġġ tal-kanzunetta tagħha, dak li jinkiser it-Taboo fuq is-saħħa mentali, u mhux biss. Hija appellat lil dawk kollha li qed jisimgħu dan il-messaġġ biex ma jiddejqux ifittxu l-għajnuna: “Tbatix fis-skiet, tbatix waħdek, hawn l-għajnuna”.

Mistoqsija fuq il-Eurovision u r-riżultat, Christabelle qalet li l-ħajja li għexet fl-aħħar ġimagħtejn f’Lisbona u anki t-tħejjijiet ta’ qabel kienu ta’ esperjenza sabiħa. Hija qalet li għalkemm ir-riżultat ma kienx wieħed pożittiv hija ħasset li għamlet dak kollu li setgħat u tat wirja mill-aqwa biex tirrapreżenta lil pajjiżna.

Christabbel ġiet il-ħames mill-ġurija, iżda tul l-intervista qalet li fis-serata tagħha t-televoting ta’ xi pajjiżi ma ħadhimx u dan infatti ma tax l-idea kollha tal-pubbliku dwar x’taħseb fuq il-kanzunetta tagħha.

Madankollu l-ġurija esperta ħasset li kellha timpremja lil Malta l-ħames post, b’wirja tajba mhux biss bħala kanzunetta iżda wkoll bħala presentazzjoni anki fil-forma ta’ spettaklu.