Internazzjonali

55 persuna maqtula f’Gaza; illum mistennija aktar irvellijiet

Illum mistennija aktar irvellijiet tul il-Medda ta’ Gaza wara l-massakru tal-bieraħ li ħalla 55 persuna maqtula u mijiet ta’ oħrajn feruti. Dalgħodu fil-fatt se jsiru l-funerali ta’ dawk il-Palestinjani li mietu fil-ġlied ma’ Iżrael.

Il-vjolenza fil-Medda ta’ Gaza żviluppat b’reazzjoni għall-ftuħ ta’ ambaxxata ġdida tal-Istati Uniti – ambaxxata kontroversjali f’Ġerusalemm, illi iċċaqalqet minn Tel Aviv.

L-ambaxxata kienet inawgurata mit-tifla tal-President, Ivanka Trump.