Lokali

AĠĠORNAMENT: Kundanna bla riservi għall-attakk ta’ dalgħodu

Il-kuntistabbli Schembri għadu jissielet għal ħajtu fl-ITU

L-Assoċjazzjoni tal-Pulizija ta’ Malta ikkundannat kategorikament u bla riservi dak li seħħ dalgħodu, fejn il-Kuntistabbli Simon Schembri safa ferut gravment.

Fi stqarrija, l-MPA qalet illi dak li gara huwu bla dubju ta’ xejn inaċċettabbli li jseħħ f’soċjeta’ li suppost hija wahda ċivili u normali.

Mingħajr preġudizzju għal kif għad jiżvolġi l-każ quddiem il-Qrati, ma nistgħux nibqgħu b’ħalqna magħluq u fis-silenzju, meta kollega tagħha, u membru tal-Korp tal-Pulizija, li jirrappreżenta Awtorita’ tal-Istat jispiċċa f’dan l-istat minħabba l-qadi ta’ dmirijietu.

“Wisq nibżgħu, u kważi nkunu qed ngħixu f’illużjoni, jekk ma ngħarfux u ma naċċettawx li dan
jista’ jkun rifless ta’ soċjeta’ li hija nieqsa minn kull dixxiplina u rispett lejn l-Awtorita’ u min
jirrappreżentha.”

L-MPA qed titlob bil-qawwa kollha tagħna, sabiex il-Gvern jieħu bl-akbar serjeta’ din is-sitwazzjoni u l-periklu li l-Pulizija jssaqqaf wiċċu miegħu ta’ kuljum fil-qadi ta’ dmirijietu.

“Ma nistgħux nassiguraw stat sigur lill-pubbliku jekk ma jkun hawn l-ebda dixxiplina fit-triq. Din ir-responsabbilta’ trid tinġarr minn kulħadd, tibda mill-għola awtoritajiet u tibqa’ nieżla sal-familja fid-dar.”

L-MPA se tagħmel minn kollox, biex issir gustizzja wara dan l-inċident mill-aktar serju.

Iż-żagħżugħ li kien qed isuq taħt l-eta’

L-aggressur, Liam Debono ta’ 17-il sena u li joqgħod Ħal Tarxien ġie arrestat minn diversi membri tar-Rapid u Special Intervention Unit li ħarġu mill-bażi tagħhom f’Ta’ Kandja fejn interċettaw lill-ġuvni u arrestawh immedjatament fi Triq Ħal Farruġ.

Il-kuntistabbli Simon Schembri għadu f’qagħda kritika.