– Kristy Debono, PN
Id-deputat Nazzjonalista Kristy Debono appellat biex dak li fadal minn Wied Għomor ikun salvat u ma jinqeridx għaliex dan hu l-uniku pulmun taż-żona ta’ San Ġwann, is-Swieqi u l-madwar.
Fil-parlament id-deputat Nazzjonalista Kristy Debono trattat is-sbuħija tal-ambjent naturali kif ukoll l-ambjent li ħoloq il-bniedem, bħall-imsaġar. Hi appellat biex il-ġenerazzjonijiet tal-lum iħallu wirt warajhom biex din il-ġenerazzjoni ma tkunx kundannata li ħalliet l-ambjent jinqered. Din il-ġenerazzjoni hi obbligata li tħalli l-ambjent aħjar milli sabitu.
Kritsy Debono tkellmet dwar Wied Għmor u appellat biex dan il-wied jissalva. Hi tkellmet dwar id-delizzji u qalet li għandu jsir investimet fil-madwar biex jibqgħu il-postijiet fejn il-familji jipprattikaw id-delizzji. Irid ikun ikkunsidrat li l-familji jqattgħu ħinijiet liberi fil-ġonna. Għalhekk għandu jsir iktar investiment f’dan is-settur.
Id-deputat Nazzjonalista qalet li għandu jsir pjan għal spazji pubbliċi u ġodda fil-lokalitajiet minflok isir biss bini. Għandha tingħata attenzjoni għall-kwalità tal-bini li qed isir, sostniet Kristy Debono, li qalet li l-pajjiż m’għandux ikompli jiżviluppa f’kaxxi.
Ix-xogħol tal-periti għandu jkun kumplimentat ma’ dak li jippjana biex iż-żoni jkunu ħolistiċi minflok dormitorji bla postijiet ta’ rikreazzjoni. L-Oppożizzjoni hi favur żvilupp sostenibbli u għalhekk tappella għal pjanar ambjentali fit-tul.
Kristy Debono appellat għall-bilanċ ambjentali biex l-iżvilupp ikun komplut għall-preżent u għall-futur. L-ambjent u l-iżvilupp huma kumplimentari għal xulxin. L-iżvilupp għandu jkun kreattiv biex kulħadd jibbenefika minnu.
Id-deputat Nazzjonalista qalet li l-ambjent m’għandux ikun sors ta’ diviżjoni politika u appellat biex isir pjan ħolistiku biex jinstab pjan komuni għall-ġejjieni.
//= $special ?>