Lokali

Filmat: Il-Prim Ministru jipprova jċekken il-problema ta’ kontijiet ogħla

Il-Prim Ministru Joseph Muscat, minflok jipprova jsolvi l-problema ta’ kontijiet ogħla li qed iħallas il-konsumatur għall-elettriku, f’kummenti li ta pprova jċekken din il-problema. Mistoqsi minn dan is-sit, Muscat sempliċiment qal li din hi problema li qed jaffaċċjaw il-ftit, minkejja li huma l-konsumaturi kollha li qed jirċievu kontijiet fuq bażi rregolari bil-konsegwenza li jispiċċaw iħallsu iżjed. U minkejja li iktar kmieni din il-ġimgħa diversi ġurnali lokali ppubblikaw kontijiet li jixhdu kif il-konsumatur qed iħallas żejjed, il-Prim Ministru mill-ġdid warrab dawn il-provi.

Il-kliem tal-Prim Ministru jkomplu fuq stqarrijiet simili ta’ deputati oħra tiegħu, fosthom Glenn Bedingfield li lejliet, waqt il-programm Net Live, iddikjara li rċieva kont ta’ €58 għal xahrejn, ferm bogħod mir-realtà li jaffaċċja l-pubbliku. L-istess Glenn Bedingfield li minkejja lmenti kontinwi, iddikjara li lilu ħadd ma kellmu dwar din il-problema.

Fil-preżent saħansitra hemm konsumaturi li ressqu lill-Arms quddiem il-Qorti dwar din il-kwistjoni.