Lokali Parlament

Il-pajjiż għandu jkun kreattiv u jnaqqas it-tniġġiż ambjentali

– Karl Gouder, PN

Id-deputat Nazzjonalista Karl Gouder qal li l-pajjiż għandu jkun keattiv fis-setturi kollha tiegħu biex b’hekk jitnaqqas it-tniġġiż ambjentali.

Fil-parlament id-deputat Nazzjonalista Karl Gouder appella biex ikun hemm tisħiħ tal-Kunsilli Lokali biex dawn jibqgħu jwettqu l-obbligi ambjentali tagħhom. L-istess l-għaqdiet volontarji li għandhom jingħataw l-appoġġ meħtieġ. Jeħtieġ li l-pajjiż ibiddel il-mentalità ta’ kif isiru l-proġetti.

Hu semma’ San Ġiljan u qal li issa fis-sajf dan il-lokal jiffaċċja diversi diffikultajiet minħabba l-proġetti ta’ kostruzzjoni li fl-aħħar snin mhux qed titwaqqaf tul is-sajf. Jeħtieġ li fis-sajf l-pajjiż jinżamm nadif. Pajjiżi barranin għandhom regoli ċari ta’ kif jitwettaq l-iżvilupp biex ikunu evitati l-effetti u l-inkonvinjenti mill-industrija tal-kostruzzjoni.

Id-deputat Nazzjonalista qal li minkejja r-regoli, f’Tas-Sliema u f’San Ġiljan qed jingħataw permessi għal xogħlijiet ta’ kostruzzjoni. Dwar it-traffiku, Karl Gouder qal li s-sitwazzjoni saret intolelrabbli u qed tikkaġuna ħsara kbira lill-pubbliku. Għandhom ikunu ikkkunsidrati soluzjzonijiet li wettqu pajjiżi oħra biex il-pajjiż ikollu sistema ta’ trasport effiċjenti biex ix-xufiera jkollhom l-inċentiv li jużaw it-trasport pubbliku.

Karl Gouder tkellem dwar l-emissjonijiet u qal li minħabba li Malta hi pajjiż żgħir dan l-aspett għandu jingħata prijorità assoluta. Dan flimkien mal-importannza li l-pajjiż jibda’ juża iktar karozzi indaf biex jonqos it-tniġġiż. Dwar il-power stations, Karl Gouder qal li importanti li l-pajjiż juża l-elettriku kollu ġenerat mill-interconnector u jekk hemm bżonn għandu jsirr interconnector ieħor.

Hu tajjeb li jsir aktar riċiklaġġ tal-iskart iżda jeħtieġ li jsiru iktar programmi edukattivi biex il-poplu jirriċikla iktar. Karl Gouder staqsa x’qed jiseħħ mill-iskart riċiklat fl-pajjiż u qal li jispera li dan mhux jitħallat mal-iskart l-ieħor li jinġabar mnid-djar.

Id-deputat Nazzjonalista tkellem ukoll dwar il-fliexken u dwar il-kompetizzjoni fis-suq biex ma jkunx hemm inġustizzji. Dwar l-ambjent kulturali, Karl Gouder qal li bħalissa hawn diversi siti li jeħtieġu restawr immedjat.