– Jason Azzopardi, PN
Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi sostna li l-Prim Ministru Joseph Muscat, il-President ta’ Malta u deputati Laburisti huma membri ta’ gruppi ta’ mibgħeda fuq il-media soċjali.
Fl-Aġġornament tal-parlament Jason Azzopardi qal li l-attakki fuq il-media soċjali huma tattika tal-Mafja fejn l-Arċisqof fi Frar li għadda qal li l-Mafja tuża tattika ta’ intimidazzjoni kontra l-persuni. Hu semma l-attakki li jsiru fuq il-media soċjali u qal li kienu żvelati attakki fi gruppi magħluqa li fihom hemm involuti persuni ogħlja fil-gvern. The Shift News wera l-eżistenza ta’ dawn il-gruppi ta’ mibgħeda. Issa tneħħiet il-maskra tal-Prim Ministru li qed jipprattika politika li tifred.
Din hi l-aktar politika aggresssiva minn żmien Mintoff. Dawn il-gruppi huma amministrati minn uffiċjali fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u tal-Ministru għall-Ġustizzja u fost il-membri approvati hemm il-President tar-Repubblika, il-Prim Ministru u deputati Laburisi.
Jason Azzopardi qal li hemm tmien persuni fl-uffiċċju tal-Prim Ministru li huma membri ta’ gruppi li jiffumentaw il-vjolenza. Din hi instigazzjoni għall-vjolenza kontra politiċi li m’humiex tal-PL. Dwn huma attakki li jwasslu għal reat kriminali billi jħajru l-vjolenza. Dawn huma gruppi ċentrali fil-politika tal-PL.
L-amministraturi tal-gruppi wkoll jinkludu membri bi kredenzjali Laburisti. Il-Kummissarju tal-Pulizija jibqa’ rieqed quddiem dawn l-attakki għax hu kompliċi. Dawn huma gruppi li jiċċelebraw u jifirħu bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Fost il-membri tal-gruppi hemm il-Ministru Chris Cardona. Din hi vomtu ta’ mibgħeda.
Jason Azzopardi indirizza lill-President ta’ Malta u qal li din għadha membru tal-grupp anki wara li kien żvelat is-sitt ta’ mibgħeda. Għaliex il-President ma ddistanzjatx ruħha minnd awn il-ruppi?, irrimarka Jason Azzopardi, li kompla li l-Prim Ministru għandu jirrikonoxxi li dawn huma gruppi ta’ mibgħeda.
//= $special ?>