Lokali Parlament

Il-proposti ambjentali tal-PN jistgħu jsibu l-appoġġ tal-ambjentalisti u l-imprendituri

– Frederick Azzopardi, PN

Id-deputat Nazzjonalista Frederick Azzopardi qal li l-proposti ambjentali tal-PN jistgħu jiksbu l-appoġġ tal-ambjentalisti u anki tal-imprendituri għaliex joħolqu bilanċ.

Fil-parlament Frederick Azzopardi tkellem dwar l-importanza tar-rwol tal-gvern fil-kura ambjentali u qal li l-gvern għandu jwaqqaf l-istrutturi meħtieġa biex l-ambjent ikun protett. Hu tratta ECO Għawdex u l-aspetti pożittivi li din kellha. Illum l-ambjent hu vittma tal-elezzjoni u x-xiri tal-voti fejn il-PL daħal għal obbligazzjonijiet li qed jeffettwaw l-ambjent. Il-proposti tal-PN jitratatw l-art, li llum hi vttma ta’ ippjanar l-addoċċ.

L-ambjent għandu jinħeles mill-politiċizzazzjoni u għandu jkun riflessjoni ta’ valuri. It-tkabbir ekonomiku għandu jirrifletti l-ambjent, sostna Frederick Azzopardi, li kompla li d-dokument tal-PN dwar l-ambjent jista’ jsir l-appo;; tal-imprendituri u l-ambjnetalisti.

Il-Ministur għall-Ambjnet ftit jista’ jagħmel biex iwaqqaf l-isfreġju ambjentali u sostna li d-demmiela fil-Munxar f’Għawdex se tkun 150 metru miż-żona residenzjali. Dan il-proġett se jikkaġuna ħsara ambjentali fil-Munxar u għall-ħsara tar-residenti għaliex il-ħmieġ tal-annimali għandu elementi tossiċi.

Il-Gvern issa qed jilgħab bil-kliem dawn dan il-proġett u qed jattakka lid-deputati Nazzjonalisti li qed jiddefendu lir-residenti. Il-fatti hua li l-Gvern kellu kollox lest biex id-demel ikun trasferit lejn il-Munxar tant li anki kuntratti mar-raħħala kienu iffirmati.

Il-PN mhux kontra li jsir impjant bħal dan biex jitratta l-bżonnijiet tal-bdiewa iżda dawn għandu jsir f’post fejn ma jgħixux nies. Dwar l-iżbroff tad-drenaġġ fil-Bajja ta’ Mġarr ix-Xini hu qal li din is-sitwazzjoni kienet ilha sejra tliet snin. Jirriżulta li ma ttieħdux passi biex saret ħsara kbira lin-niċċa tat-turiżmu lill-industrija tal-għaddasa f’Għawdex.

Frederick Azzopardi kompla li flimkien mal-korruzzjoni u t-traffiku, l-ambjent hu fost l-akbar problemi li qed jiffaċċja l-pajjiż.