Lokali

“Inħobbok għal dejjem, int l-eroj tiegħi” – it-tifla ta’ Simon Schembri

Is-sewwieq qed jinżamm fil-Lock Up tad-Depot

Waħda mit-tliet ulied tal-Pulizija li spiċċa aggredit dalgħodu minn sewwieq taħt l-eta’, kitbet fuq Facebook messaġġ ta’ qsim il-qalb għal missierha.

Leah Schembri, it-tifla tal-kuntistabbli Simon Schembri, kitbet “Jien inħabbok għal dejjem eroj u Re tiegħi – ibqa’ b’saħħtek”.

Il-Pulizija li ndarab fl-inċident ta’ dalgħodu jinsab fil-periklu tal-mewt. Is-sewwieq li saq għal fuqu hu żagħżugħ ta’ 17-il sena, li għadu qed jinżamm fid-depot għal aktar investigazzjonijiet.

Schembri ilu numru ta’ snin jaħdem mat-Taqsima tat-Traffiku.