B’referenza għall-avviż pubbliku li ħareġ ilbieraħ, id-Direttur Ġenerali tal-Affarijiet tal-Konsumatur informa lill-pubbliku li l-kummerċjant Gaetano Busuttil implementa d-deċiżjoni tat-Tribunal. Dan fid-dawl tal-fatt li ħallas l-ammont dovut flimkien mal-ispejjeż lill-konsumatriċi, liema ħlas sar ukoll fl-14 ta’ Mejju.
Fil-bidu tal-ġimgħa, l-istess ħajjat għamel kuntatt mal-Kamra tal-Aħbarijiet tagħna u qalilna li kien ilu jiġri wara l-klijenta biex itiha l-ħlas dovut. L-istorja kienet dwar mara li kienet użat is-servizzi tal-bejjiegħ għall-ħjata ta’ libsa għat-tieġ ta’ bintha.
Fuq Facebook, l-istess ħajjat attakka lil dan is-sit għaliex irrappurtajna l-istqarrija li ħarġet mid-Direttur Ġenerali tal-Affarijiet tal-Konsumatur.
//= $special ?>