Mara ta’ 70 sena residenti l-Qala sofriet ġrieħi serji wara li waqgħet madwar sular u ġiet f’għalqa hekk kif kienet qed tirriversja quad bike.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sitta u nofs tat-Tnejn filgħaxija fi Triq il-Barbaġann, il-Qala, Għawdex.
Fil-post issejħet ambulanza mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex li ħadet lill-mara għall-kura, waqt li l-Maġistrat Joanne Vella Cuschieri ħatret inkjesta b’diversi esperti li qed jassistuha. L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.
//= $special ?>