Il-Pulizija li weġġa' għandu feriti gravi f'idejh
Jinsab f’kundizzjoni serja l-Pulizija li tkaxkar dalgħodu minn sewwieq taħt l-eta’ li kien qed isuq Mercedes bi pjanċi foloz. Il-Pulizija għadhom qed jinvestigaw dan l-inċident illi konsegwenza tiegħu nħolqu konġestjonijiet ta’ traffiku kemm f’Ħal Luqa kif ukoll fl-inħawi ta’ Ta’ Kandja.
Is-sewwieq qed jinżamm arrestat għal aktar interrogazzjonijiet.
//= $special ?>