Kienu 120 dawk li tkellmu u pparteċipaw b’mod dirett fil-Kunsill Ġenerali tal-PN illi sar il-ġimgħa li għaddiet – Kunsill Ġenerali li kien xiehda tal-entużjażmu żagħżugħ li qed jiddomina l-Partit Nazzjonalista, kif deher ukoll fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet.
Dan hekk kif fost il-kelliema kien hemm diversi żgħażagħ, kandidati ġodda tal-partit, uċuħ ġodda u professjonisti li mhumiex parti mill-istrutturi tal-PN imma taw kontribut siewi immens f’dan il-Kunsill Ġenerali.
Il-laqgħat kienu mifruxa f’numru ta’ każini, b’sessjoni oħra ssir f’Għawdex.
F’intervista lil Net News, is-Segretarju Ġenerali tal-PN Clyde Puli qal li l-Kunsill Ġenerali wera l-viżjoni u l-entużjażmu tal-Kap tal-Partit Adrian Delia. Clyde Puli spjega kif il-Partit Nazzjonalista u Adrian Delia jridu soċjetà li jimpurtaha b’mod li jaqbel lil kulħadd.
//= $special ?>