L-awtur ċelebri Amerikan Tom Wolfe, li hu magħruf l-aktar għan-novelli The Bonfire of the Vanities u The Right Stuff, miet fi New York, fl-età ta’ 88 sena.
Bonfire of the Vanities, ippubblikat fl-1987, kien xogħol satiriku dwar l-‘eżaġerazzjonijiet’ fi New York matul is-snin tmenin u kien ukoll is-suġġett għal film, fl-1990, bl-attur Tom Hanks, fil-parti prinċipali.
Intant, The Right Stuff hu dwar l-ewwel astronawti Amerikani u wkoll kien adottat bħala film, fl-1983, bis-sehem tal-atturi Sam Shepard, Dennis Quaid u Ed Harris.
Wolfe miet l-isptar, b’konsegwenza ta’ infezzjoni mhix speċifikata.
//= $special ?>

