Lokali

Traffiku kbir f’Pembroke u San Ġiljan

Triq ewlenija tingħalaq sakemm jitlesta xogħol ta' tindif

Hekk kif dalgħodu beda x-xogħol biex titnaddaf il-bajja ta’ San Ġorġ f’San Ġiljan, il-Gwardjani Lokali għalqu Triq ix-Xatt b’riżultat li l-ebda vetturi ma setgħu jgħaddu miz-zona. Din id-deċiżjoni wasslet biex inħoloq traffiku kbir fl-inħawi ta’ San Ġiljan.

Diversi sewwieqa qalulna li dalgħodu inqabdu għal ħin twil fit-traffiku fl-akwati ta’ Pembroke.