Il-Korp tal-Pulizija u ċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ħarġu appell urġenti biex kull min jista’ jmur jagħti d-demm.
Dan hekk kif, kawża tal-inċident ta’ dalgħodu fuq il-Kuntistabbli Simon Schembri, l-istess uffiċjal kellu bżonn intervent mediku urġenti u serju li rrikjeda ħafna demm. L-istess Kuntistabbli għadu fil-periklu tal-mewt, għalkemm il-kundizzjoni tiegħu hi stabbli.
Madankollu l-intervent li kien hemm bżonn isir wassal biex il-provvista tad-demm tinsab f’livell baxx ħafna u hemm riskju li ma sservix jekk jinqalgħu bżonnijiet oħra.
Min jixtieq jgħin billi jagħti donazzjoni ta’ demm hu mitlub imur fiċ-Ċentru tat-Trasfużjoni tad-demm, għada, bejn it-08:00 u s-18:00.
//= $special ?>