Ammont żgħir ta’ flus kontanti nsterqu minn ġelaterija fi Triq ix-Xatt Ta’ Xbiex, fl-Imsida. Il-każ seħħ bil-lejl ta’ bejn it-Tnejn u lbieraħ.
Għall-ħabta tal-4.45am, membri tal-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit li kienu għaddejjin fuq patrol innutaw li l-allarm tal-ġelaterija kien qed idoqq.
Kien f’dan il-waqt li nnutaw bl-iżgass fil-bieb u ċemplu lill-propjetarji. Fil-post irriżulta li kien hemm nieqsa l-cash register, li fiha kien hemm ammont żgħir ta’ flus kontanti.
Aktar investigazzjonijiet dwar dan il-każ qed jitmexxew mill-Pulizija mill-Għassa tal-Imsida.
//= $special ?>

