Lokali

Anzjana milquta minn mutur fin-Naxxar

Anzjana ta’ 73 sena sfat milquta għall-ħabta ta’ nofsinhar meta ittajret minn mutur fin-Naxxar. Il-każ seħħ fi Triq il-Fortizza.

Jirriżulta li l-anzjana ġarrbet ġrieħi serji meta intlaqtet minn mutur Honda, misjuq minn raġel ta’ 52 sena.

Il-każ qed jiġi investigat mill-Pulizija filwaqt li l-Maġistrat Donatella Frendo Dimech qed tmexxi inkjesta.