Internazzjonali

Appell biex jerġgħu jibdew it-taħdidiet bejn Iżrael u l-Palestina – PN

Il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija esprima t-tħassib tiegħu għas-sitwazzjoni li qed teskala fil-Lvant Nofsani.

Fi stqarrija maħruġa mid-deputat Carm Mifsud Bonnici, il-PN ingħaqad mal-appelli tal-komunita’ internazzjonali biex iż-żewġ naħat jirritornaw għall-mejda tat-taħdidiet.

Il-PN jemmen li dan it-taqlib fir-reġjun iservi biss ta’ detriment biex tinstab soluzzjoni paċifika. U appella sabiex jidħlu fis-seħħ inizjattivi ġodda biex iż-żewġ popli jgħixu fil-paċi għall-ġid ta’ Iżreal u l-Palestina.