Edukazzjoni Lokali

Bandiera magħmula minn 48 bandiera żgħira li tirrapreżenta lil San Ġwann Battista De La Salle, l-arma tal-Kulleġġ Stella Maris u l-istilla Lasalljana

Din is-sena bdew iċ-ċelebrazzjonijiet marbuta mat-300 anniversarju mill-mewt tal-Fundatur tal-Kulleġġ De La Salle, u għall-okkażjoni, inħasset il-ħtieġa li jsir proġett uniku. K

ienu Mario Calleja u Ishmael Cocker, zewg membri ta’ l-istaff, li ħarġu bl-idea ta’ dan il-proġett artistiku – Bandiera li tirraprezenza lil San Gwann Battista De La Salle u l-Kullegg Stella Maris.

Stella Maris College hija skola Lasalljana u bħal kull skola Lasalljana oħra li hawn mifruxa fi
80 pajjiz madwar id-dinja, fil-15 ta’ Mejju nfakkret lill-fundatur tagħha, San Ġwann Battista De
La Salle.

It-tir ta’ dan il-proġett hu li ssir l-akbar bandiera ta’ skola ġewwa Malta. Dan il-proġett, flimkien ma’ sensiela ta’ proġetti oħra, fosthom l- esebizzjoni ta’ l-arti ‘Il-Belt Mill-Lenti tal-Istudent’, il-pageant tal- Għid, Imxi Warajja u l purcissjoni tad-Duluri, huma ntiżi li joffri spazju fejn l-istudenti u l-membri ta’ l-istaff juru l-ħiliet artistiċi tagħhom.