Il-President Russu Vladimir Putin qal li l-bastimenti militari Russi armati b’missili cruise tat-tip Kalibr kienu se jibqgħu fuq standby permanenti fil-Mediterran. Hu qal dan waqt li kien qed jindirizza l-ogħla tmexxija militari Russa waqt laqgħa f’Sochi. Hu qal li dawn il-bastimenti kienu se jibqgħu peress li fis-Sirja għad hemm theddida mit-terroristi. Fis-Sirja, ir-Russja għandha port militari f’Tartus u bażi tal-ajru f’Khmeimim.
//= $special ?>AKTAR STEJJER
MORE ARTICLES


