Il-kowċ tat-tim nazzjonali Ingliż Gareth Southgate sejjaħ l-iskwadra Ingliża għat-Tazza tad-Dinja. Fost l-għażla jispikkaw l-inklużjonijiet ta’ Trent Alexander-Arnold u Ruben Loftus Cheek.
Id-difensur ta’ Liverpool Alexander-Arnold għadu ma lagħbx mat-tim nazzjonali Ingliż u lagħab biss tliet logħbiet mat-tim nazzjonali ta’ taħt il-21 sena. Loftus Cheek li dan l-istaġun lagħab ma’ Crystal Palace, lagħab żewġ logħbiet mat-tim Ingliż fil-perjodu taħt Southgate.
Gary Cahill li fil-passat kien anki captain tat-tim nazzjonali, intgħażel fl-iskwadra minkejja li tħalla barra fl-aħħar partiti ta’ ħbiberija kif ukoll sabha diffiċli ma’ Chelsea dan l-istaġun. Neqsin mill-iskwadra fosthom hemm Joe Hart u Chris Smalling.
Minbarra t-23 plejer magħżula, Southgate sejjaħ ħames plejers oħra ta’ riserva li jinkludi lil Adam Lallana, li lagħab biss logħba mill-bidu ta’ April.
L-iskwadra Ingliża tiltaqa’ nhar it-Tnejn f’St. George’s Park, bl-Ingilterra tilgħab żewġ partiti ta’ ħbiberija qabel mal-iskwadra tmur ir-Russja fit-2 ta’ Ġunju kontra n-Niġerja f’Wembley u fis-7 ta’ Ġunju kontra l-Costa Rica f’Elland Road.
L-ewwwl impenn tal-Ingilterra fit-Tazza tad-Dinja ikun fit-18 ta’ Ġunju kontra t-Tuneżija f’Volgograd, qabel ma’ jilagħbu kontra l-Panama fl-24 ta’ Ġunju u erbat ijiem wara kontra l-Belġju.
L-iskwadra finali
Gowlkipers: Jordan Pickford (Everton), Jack Butland (Stoke), Nick Pope (Burnley)
Difensuri: Kyle Walker (Manchester City), John Stones (Manchester City), Harry Maguire (Leicester), Danny Rose (Tottenham), Trent Alexander-Arnold (Liverpool), Ashley Young (Manchester United), Gary Cahill (Chelsea), Phil Jones (Manchester United), Kieran Trippier (Tottenham)
Midfielders: Jordan Henderson (Liverpool), Eric Dier (Tottenham), Dele Alli (Tottenham), Jesse Lingard (Manchester United), Raheem Sterling (Manchester City), Ruben Loftus-Cheek (Crystal Palace), Fabian Delph (Manchester City)
Attakkanti: Harry Kane (Tottenham), Jamie Vardy (Leicester, Marcus Rashford (Manchester United), Danny Welbeck (Arsenal)
Stand-by: Tom Heaton (Burnley), James Tarkowski (Burnley), Lewis Cook (Bournemouth), Jake Livermore (West Bromwich Albion), Adam Lallana (Liverpool)
//= $special ?>