Lokali

“Gawdi wiċċek sal-ġimgħa d-dieħla. Inħanxarulek b’sikkina żgħira ħa tbati”

Il-Pulizija qed tinvestiga kliem qawwi u theddid minn raġel li fuq il-midja soċjali wissa’ lil mara li kitbet dwaru.

Fil-kummenti tiegħu, ir-raġel jikteb lil din il-mara biex tgawdi wiċċha sal-ġimgħa d-dieħla. “Mur ‘l hemm ta’ bis-serjetà qed ngħidlek. Sikkina miż-żgħar ħalli tbati. Issa nurik min jifhem,” kiteb dan ir-raġel, fl-istess waqt li tella’ wkoll ritratt ta’ sikkina fuq mejda.

Ir-raġel, Malti residenti Bormla, kien qed jirrispondi lil tfajla li kkritikatu fuq filmat fejn deher jagħti bis-sieq u jipprova jifqa’ bieba ta’ karozza tal-linja f’Bormla. Mhux magħruf x’wassal għar-rabja ta’ dan ir-raġel.