Lokali

Ħsarat konsiderevoli f’żewġ karozzi kawża ta’ nirien f’Santa Luċija

Żewġ karozzi ġarrbu ħsarat konsiderevoli wara li nħakmu minn nirien matul il-lejl li għadda f’Santa Luċija.

Il-Pulizija kienu nfurmati għall-ħabta tas-2.30am, bil-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ntalbu wkoll jintervjenu biex jitfu l-vetturi, tat-tip Renault Megan u Peugeot 607.

Fortunatament, ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ.