Lokali

Il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta jniedi ċentru ġdid għat-taħriġ tal-informatika

Il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta issa b’ċentru ġdid għat-taħriġ ta’ l-informatika ġewwa l-bini tal-Kunsill Lokali stess f’Misraħ ir-Repubblika.

Kif spjega s-Sindku tal-Belt Valletta Alexei Dingli, dan il-proġett li qed isir f’kollaborazzjoni mal-kumpannija TCTC, għandu l-għan li jagħti aċċess għal iktar servizzi meħtieġa mir-residenti Beltin.

Is-Sindku kompla li dan huwa biss l-ewwel pass minn sensiela ta’ inizzjattivi li hemm ippjanati, fosthom iċ-Ċentru għal matul il-Jum ghall-anzjani li għaddej il-ħidma fuqu.

Waqt it-tnedija tkellem d-Direttur tal-kumpannija TCTC Ray Abela li qal li l-ħidma tal-kumpannija tiegħu hi li dejjem tqarreb l-edukazzjoni lejn in-nies.

Prezenti għat-tnedija kien hemm ukoll il-Membru Parlamentari u Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar il-Kunsilli Lokali Robert Cutajar li filwaqt li faħħar din l-inizjattiva, inkoraġixxa biex iktar Kunsilli Lokali u l-Gvern jadotta iktar proġetti ta’ dan it-tip.