Il-President ta’ Malta f’komunikat qalet li kien ta’ sorpriża għaliha li skopriet li isimha jinsab f’Facebook Grupp li fih kien hem messaġġi ta’ mibegħda, theddid ta’ vjolenza u bullying. Kif saret taf b’dan hija telqet minn dawn il-gruppi immaedjatament. Il-President qalet li mingħajr eitazzjoni hija ddiżassoċjat ruħa.
Kien id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi fl-aġġornament Parlamentari tat-Tlieta li qal li l-Prim Ministru Joseph Muscat, il-President ta’ Malta u deputati Laburisti huma membri ta’ gruppi ta’ mibgħeda fuq il-media soċjali.
Jason Azzopardi sostna li hemm tmien persuni fl-uffiċċju tal-Prim Ministru li huma membri ta’ gruppi li jiffumentaw il-vjolenza. Din hi instigazzjoni għall-vjolenza kontra politiċi li m’humiex tal-Partit Laburista. Dawn huma attakki li jwasslu għal reat kriminali billi jħajru l-vjolenza.
Jason Azzopardi indirizza wkoll lill-President ta’ Malta u qal li din kienet għadha membru tal-grupp anki wara li kien żvelat is-sit ta’ mibgħeda.
Min-naħa tagħha l-President qalet li hija tikkundana dawn il-gruppi u sostniet li f’pajjiżna m’hawnx lok għal dawn it-tip ta’ gruppi li jippromwovu l-vjolenza.
//= $special ?>