Lokali Qorti

AĠĠORNATA: Testijiet psikoloġiċi għall-mara li talbet li ssir theddida finta ta’ bomba fuq il-Gozo Channel

It-tfajla li allegatament talbet lil Ronald Mallia biex jagħmel theddida finta ta’ bomba fuq il-vapuri tal-Gozo Channel ġiet identifikata mill-Pulizija u tressqet il-Qorti llum. Hi wieġbet mhux ħatja tal-akkużi.

Il-mara jisimha Joelle Galea, u għandha 34 sena. Il-Maġistrat Donatello Frendo Dimech ordnat li s-seduta tkompli bil-bibien magħluqin.

Id-difiża ma talbitx għal-liberta’ proviżorja.

Galea, li hi minn Tas-Sliema iżda residenti f’Għawdex, ġiet arrestata fl-aħħar sigħat u quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech se tkun akkużata li talbet li ssir din it-telefonata bl-iskop li s-servizz tal-Gozo Channel jiġi sospiż għax ma riditx tidher għal kawża oħra li kellha.

Jumejn ilu Ronald Mallia ta’ 30 sena mill-Mosta tressaq il-Qorti u ngħata l-libertà proviżorja fuq garanzija personali ta’ €20,000 wara li ammetta li għamel it-theddida falza ta’ bomba fuq il-Gozo Channel. Hu kien ordnat jiffirma darbtejn fil-ġimgħa f’għassa u biex ma jitlaqx minn Malta.

Libertà proviżorja għar-raġel li ammetta li għamel theddida falza ta’ bomba fuq il-Gozo Channel