Lokali Parlament

Ix-xogħlijiet fit-toroq għandhom ikunu diskussi mal-kunsilli lokali

– Toni Bezzina, PN

Id-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina semma’ x-xogħlijiet fit-toroq u qal li dan għandu jkun ippjanat fit-tul u b’konsultazzjoni mal-kunsilli lokali kollha inovluti.

Fid-dibattitu parlamentari dwar l-ambjent, id-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina espriema solidarjetà mal-pulizija Simon Schembri li kien ferut fl-aħaħrġranet u qal li llum ir-rispett u l-gratitudni lejn il-pulizija spiċċa. Mhux aċċettabbli pulizija joroġ għax-xogħol jipproteġi liċ-ċittadini jiġi maltrattat b’dak il-mod.

Dawn huma affarijiet li jġgħeluni nistħi ngħid li jien Malti. Il-parlament hu obbligat li jilleġiżla biex dawn l-inċidenti ma jerġgħux isiru biex il-pulizija jkollhom il-protezzjoni neċessarji waqt il-qadi ta’ dmirijiethom.

Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar it-traffiku u appella biex tinġabar informazzjoni dwar it-traffiku fit-toroq biex is-sewwieqa jkunu jafu s-sitwazzjoni li jkunu qed isuqu fihom. Hu qal li l-apparat li hemm għandu jibda jintuża biex it-traffiku jkunu analizzat u javża lix-xufiera.

Jeħtieġ li jsir investiment fl-edukazzjoni tat-tfal beix dawn jaħsbu f’modi alternattivi ta’ trasport. Għandha ssir iktar promozzjoni ta’ car pooling u car sharing u għall-użu tat-trasport pubbliku minn età żgħira. It-trasport pubbliku għandu jsir b’xejn minn erba’ snin sa 20 sena waqt li jsiru rotot diretti lejn lokalitajiet li fihom imorru ħafna nies.

Proposta oħra hi li jkun pprovdut trasport b’xejn għall-ħaddiema tal-Gvern. Din l-iskema tista’ tkun estiża wkoll għall-ħadiema fis-settur privat. Jista’ jsir ukoll investiment fil-park and rides u jkunu introdotti intelligent traffic lights biex ikun iffrankat il-ħin.

Id-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina semma’ x-xogħlijiet fit-toroq u qal li dan għandu jkun ippjanat fit-tul u b’konsultazzjoni mal-kunsilli lokali kollha inovluti u qal li ċertu xogħlijiet fit-toroq, inkluż Triq ix-Xarolla fiż-Żurrieq, qed idumu ferm iktar minn dak ippjanat. Dan qed jikkaġuna tniġġiż ambjentali. Hu semma Triq Ħal Far li tinsab f’sitwazzjoni diżastruża bil-konsegwenza li mhix tinuża kemm suppost.

Toni Bezzina qal li l-Oppożizzjoni kienet ilha tipproni li jkun hemm trasport b’xejn għat-tfal tal-iskola u sostna li din il-miżura wasslet għal tnaqqis fit-tniġġiż fit-toroq. Hu semma’ l-iżvilupp u qal li dan hu pilastru tal-ekonomija iżda dan m’għandux isir għad-detriment tar-residenti jew tal-ambjent.

Toni Bezzina tkellem ukoll dwar l-importanza tal-agrrikoltura u s-sajd u qal li dawn is-setturi m’għandhomx jintużwa bħala ballun politika. Fl-aħħar budget dawn is-setturi lanqas issemmew mill-Gvern f’sitwazzjoni fejn bdiewa żgħażagħ mhux qed jindħlu f’dam is-settur waqt li dawn prżenti qed iżarmaw. Il-Gvern għandu jinvesti iktar f’dan is-settur u għandha ssir kampanja ta’ labelling tal-prodotti lokali għax jemmen fi prodott lokali.