Liam Debono, li lbieraħ saq għal fuq il-Kuntistabbli Simon Schembri u ħallieh jissielet għal ħajtu, tressaq il-Qorti llum akkużat b’attentat ta’ qtil.
Hu deher quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech.
L-avukati Franco Debono u Amadeus Cachia, talbu għall-ħelsien mill-arrest, iżda l-prosekuzzjoni mmexxija mill-ispetturi Fabian Fleri, Pierguido Saliba u Chantelle Casha oġġezzjonaw għal din it-talba minħabba l-gravità tar-reat, li jekk jinstab ħati jista’ jeħel sa għomor il-ħabs. L-avukat Andy Ellul qed jidher parte civile.https://youtu.be/w1z5CPUiYjM
Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, ma laqgħetx it-talba tad-difiża u ma ħelsitx lill-ġuvni mill-arrest minħabba n-nuqqas ta’ affidabilità u l-intraċċ tal-provi.
Iż-żagħżugħ minn Ħal Tarxien ilu miżmum arrestat fil-lock up tal-Pulizija mill-bieraħ filgħodu, wara li ġie arrestat f’Ħal Farruġ fejn inqabad waqt li prova jaħrab mill-post tal-inċident. Debono qed jaffaċċja akkużi oħra fosthom li saq mingħajr liċenzja, mingħajr polza tal-assigurazzjoni u li saq b’mod perikoluż.
//= $special ?>